Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali

Banner
You are here:
Content Area:
Tagħrif Nazzjonali
Il-gvernijiet fil-pajjiżi kollha ta’ l-UE qed jieħdu l-passi biex jobdu d-direttivi dwar l-ugwaljanza. Dan hu minnu kemm f’dawk il-pajjiżi fejn il-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni kienet diġa estensiva qabel ma kienu miftehma d-direttivi, kif ukoll f’dawk fejn kienet aktar limitata. Anki f’dawk il-pajjiżi fejn l-arranġamenti biex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni kien stabbiliti sew, l-arranġamenti ma kinux jaqblu mad-direttivi f’kollox u kellhom bżonn ta’ xi tibdiliet. Dan kien partikolarment minnu fejn tidħol id-direttiva dwar l-ugwaljanza fl-impjieg, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon, l-età , id-diżabbiltà , u l-orjentament sesswali. Filwaqt li l-liġijiet kienu daħlu biex jipproteġu lin-nies b’diżabbiltajiet jew bi twemmin reliġjuż partikolari, dan kien ħafna anqas il-każ fejn jidħlu l-età u l-orjentament sesswali. Hemm differenzi kbar bejn il-passi li ttieħdu mill-pajjiżi s’issa. Id-differenzi li hemm fil-leġiżlazzjoni li hemm diġà , u fl-arranġamenti li hemm għall-protezzjoni ta’ u għall-għajnuna lill-vittmi tad-diskriminazzjoni jfissru li hemm differenzi wkoll fir-reazzjonijiet għad-direttivi.
Għal aktar tagħrif dwar x’qed jiġri f’pajjiżek, ikklikkja l-bandiera nazzjonali tiegħek.



