Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni
Ffis-sena 2000, ntlaħaq qbil fuq il-liġijiet ta’ kontra d-diskriminazzjoni biex jipproteġu lin-nies milli ssir diskriminazzjoni magħhom minħabba l-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, ir-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, diżabilità li jkollhom, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali mill-pajjiżi kollha ta’ l-UE. Dan ifisser li s-27 pajjiż kollha fl-UE llum huma mitluba jinkorporaw dawn ir-regoli fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Minbarra li tiżgura li dawn il-liġijiet jiġu rispettati, il-Kummissjoni Ewropea taħdem biex tgħarraf liċ-ċittadini dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, biex tqajjem għarfien dwar id-diskriminazzjoni, u biex tippromwovi l-benefiċċji tad-diversità.
Drittijiet u Obbligi skond il-Leġiżlazzjoni Ewropea ta’ Kontra d-Diskriminazzjoni
"L-Unjoni hija mibnija fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali … prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri." L-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Il-Komunità Ewropea għal żmien twil kienet attiva fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Tabilħaqq, fiż-żmien meta nħolqot, waħda mill-missjonijiet l-aktar urġenti tagħha kienet li tirrikonċilja kontinent maqsum minn [...] nazzjonalistiċi
aqra aktar »»
PROGRESS, il-programm ta’ l-UE għall-impjiegi u s-solidarjetà soċjali
L-inizjattivi li jikkumbattu d-diskriminazzjoni u li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni ta’ l-UE tiġi implimentata kif suppost huma ffinanzjati permezz ta' http://ec.europa.eu/employment_social/progress/docs/intro_mt.pdf
aqra aktar »»