Main Menu:
- Politika ta’ l-UE

- Gwida Waqqaf id-Diskriminazzjoni

- Il-Kampanja

- Attivitajiet u Avvenimenti

- Stampa

- Librerija ta’ Dokumenti

- Tagħrif Nazzjonali
Banner
You are here:
Daħla
Politika ta’ l-UE
Programmi ta' l-UE
Content Area:
PROGRESS, il-programm ta’ l-UE għall-impjiegi u s-solidarjetà soċjali
L-inizjattivi li jikkumbattu d-diskriminazzjoni u li jiżguraw li l-leġiżlazzjoni ta’ l-UE tiġi implimentata kif suppost huma ffinanzjati permezz tal-programm ta’ l-UE għall-impjiegi u s-solidarjetà soċjali msejjaħ PROGRESS. Dawn l-attivitajiet jinkludu proġetti biex jitqajjem l-għarfien fost il-pubbliku, u biex jiġu pprovduti kampanji ta’ informazzjoni liċ-ċittadini, studji ta’ riċerka, taħriġ, u appoġġ lin-netwerks Ewropej ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu kontra d-diskriminazzjoni.
In-nuqqas ta’ diskriminazzjoni hija waħda mil-linji ta' żvilupp tal-programm li jappoġġja l-ħidma tal-gvernijiet nazzjonali fil-promozzjoni ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar u opportunitajiet indaqs għal kulħadd fl-UE. Il-programm PROGRESS, għall-perjodu bejn l-2007-2013, jiffinanzja wkoll attivitajiet madwar l-oqsma ta’: l-impjiegi, il-ħarsien u l-inklużjoni soċjali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ugwaljanza bejn is-sessi.
B’baġit ta’ € 743,25 miljun mifrux fuq medda ta' seba' snin, PROGRESS huwa miftuħ għas-27 Stat Membru ta’ l-UE, għall-pajjiżi kandidati ta’ l-UE u għall-pajjiżi ta’ l-EFTA/ŻEE. Huwa mmirat għall-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-servizzi ta' l-impjieg pubbliku u l-uffiċċji ta' l-istatistika nazzjonali. Jistgħu jipparteċipaw ukoll korpi speċjalizzati, universitajiet u istituti tar-riċerka, kif ukoll l-imsieħba soċjali l-NGOs.
Programm ta' Azzjoni tal-Komunità li jikkumbatti d-Diskriminazzjoni 2001 - 2006
PROGRESS jissostitwixxi l- Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità li jikkumbatti d-Diskriminazzjoni li ntemm fl-2006. Il-programm kien jappoġġja attivitajiet inklużi studji dwar kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni, netwerks u organizzazzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta’ l-informazzjoni u prattika tajba madwar l-UE, kif ukoll inizjattivi li jqajmu kuxjenza fost in-nies, li jgħarrfuhom dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skond il-liġi, u li jisfidaw imġiba u attitudnijiet diskriminatorji.
“Għad-Diversità. Kontra d-Diskriminazzjoni.” Kampanja ta' Informazzjoni
Il-kampanja ta’ informazzjoni “Għad-Diversità. Kontra d-Diskriminazzjoni.” kienet iffinanzjata permezz taż-żewġ programmi bħala parti mill-attivitajiet tagħhom għat-tqajjim ta' l-għarfien. Aktar tagħrif dwar it-tipi ta’ attivitajiet iffinanzjati permezz tal-programm PROGRESS huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs.


